Thursday, December 26, 2024

Tewmin mixlija li heddew lill-ġenituri 

Aqra wkoll

Tewmin ta’ 39 sena residenti Ħal Qormi tressqu l-Qorti mixlija li heddew lill-ġenituri għax riedu l-flus għad-droga. 

Iż-żewġt irġiel, li m’għandhomx impjieg, kienu mixlija li kkaġunaw vjolenza morali fuq il-ġenituri u heddewhom fir-residenza tagħhom.

Id-Difiża argumentat li l-missier għamel rapport falz u allegatament din kienet tpattija. Sussegwentement saret talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona filwaqt li qalet li ma rriżultax li dan kien każ ta’ rapport falz.

Il-Maġistrat Kevan Azzopardi ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħareġ ordni ta’ protezzjoni favur il-ġenituri. 

Ekonomija

Sport