Wednesday, July 24, 2024

Tfajla bi ġrieħi gravi wara li waqgħet f’xaft madwar sular u nofs f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 20 sena minn Franza qed issofri minn ġrieħi gravi wara li għall-ħabta ta’ nofsillejl, kienet involuta f’inċident fi Triq Paceville f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma daħlet f’sit li fih għaddejjin xi xogħolijiet u waqgħet f’xaft, madwar sular u nofs.

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lit-tfajla u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport