Tuesday, July 16, 2024

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar 10 filati waqt li kien qed jaħdem f’ġiebja fix-Xewkija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 68 sena mix-Xewkija jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li għall-ħabta tad-9:30 a.m, kien involut f’inċident f’għalqa fi Triq il-Madonna tal-Ħniena fix-Xewkina

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li l-vittma waqa’ għoli ta’ madwar 10 filati waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’ġiebja.

Tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel li ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Anzjan l-Isptar wara li waqa’ f’bir fix-Xewkija

Anzjan ta’ 70 sena waqa’ f’bir f’għalqa fix-Xewkija Għawdex. il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:00 a.m,

Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa

Aktar dettalji malli jaslulna…

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport