“Ma nistgħux nemmnu kif persuna bħal Mirabelle tilfet ħajjitha f’inċident daqshekk sfortunat. Inħoss li Ġesu qiegħed magħna f’dan il-mument iebes u llum qiegħed ifarraġna. Mirabelle kont tfajla imżejjna b’kollox u dejjem bit-tbissima fuq wiċċek. Lil Mirabelle kont issibha hemm dejjem għal kulħadd”
Dan qalu fl-omelija, il-konċelebrant Fr Martin Micallef, hekk kif fil-Parroċċa tas-Siġġiewi ingħatat l-aħħar tislima lil Mirabelle Falzon, it-tfajla ta’ 22 sena li fid-19 ta’ Lulju tilfet ħajjitha wara li waqa’ fuqha xi blat mill-irdum f’Wied il-Għajn.
Fl-omelija, Fr Micallef appella lill-awtoritajiet biex meta l-pubbliku jiġbed l-attenzjoni ta’ xi periklu b’mod speċjali fl-ixtut tagħna, dawn għandhom jittieħdu bis-serjeta sabiex jiġu evitati perikli. Qal ukoll; “Għalfejn għandu jmut xi ħadd biex nagħmlu xi ħaġa? “