Tuesday, May 14, 2024

Tfal bil-kanċer f’xelters fl-Ukranja jaffaċċjaw realtà kiefra

Aqra wkoll

Matul l-aħħar jiem, hekk kif kompliet l-invażjoni tar-Russja, il-kantini tal-isptarijiet tat-tfal ġewwa l-Ukrajna saru post li jservi bħala kenn għall-bombi għall-iżgħar pazjenti bil-kanċer tal-pajjiż.

Tfal li għandhom kanċer fl-Ukrajna qed jaffrontaw sitwazzjoni ferm diffiċli hekk kif fl-aħħar sigħat ġiet irrappurtata l-istorja tagħhom li xejn ma turi affarijiet sbieħ.

Dan hekk kif dawn it-tfal li kienu qed jistkennu fil-kantini tal-isptarijiet fl-Ukranja jistgħu sfortunatament ma jibqgħux ħajjin jekk ma jkunux jistgħu jkomplu l-kura tagħhom dalwaqt. 

Fl-aħħar jien midja internazzjonali li esponiet din ir-realtà kiefra rrappurtat il-fatt li dawn it-tfal jeħtieġ li jiġu evakwati malajr kemm jista’ jkun lejn ċentri speċjalizzati. It-tobba qed jippruvaw jevakwaw lit-tfal minn Kyiv għal Lviv, iżda nnotaw li s-sitwazzjoni fuq barra ġġib magħha ħafna riskji.

Madankollu qed issir ħidma biex it-tfal li ma jistgħux jistennew jiġu evakwati fiċ-ċentru. Ġie rrappurtat ukoll li l-aktar morda minn dawn it-tfal imbagħad jintbagħtu l-Polonja fejn ġew imwiegħda kura medika.

It-tobba u l-infermiera bħalissa jistgħu jipprovdu biss forma bażika ta’ kimoterapija minħabba nuqqas ta’ provvisti mediċi, li sempliċement mhix biżżejjed għal ħafna mit-tfal.

“Dawn it-tfal ibatu aktar għax iridu jibqgħu ħajjin biex jiġġieldu mal-kanċer – u din il-ġlieda ma tistax tistenna,” qalet Dr Lesia Lysytsia lil NBC News.

Meta tkellmet mill-kantina ta’ Okhmatdyt, l-akbar sptar tat-tfal ta’ Kiev, hija żiedet: “Jekk it-trattament tal-kanċer tat-tfal se jitwaqqaf, il-pazjenti tagħna, se jmutu.”

Sport