Tuesday, May 14, 2024

Tintlaqa’ t-talba biex spazju miftuħ ġdid fil-Ħamrun jissemma għal Miriam Pace

Aqra wkoll

It-talba biex spazju miftuħ ġdid fil-Ħamrun jissemma għal Miriam Pace ġiet milqugħa unanimament mill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità.

Il-kunsillier Efrem Buttigieg qal li l-fatt li huwa t-tieni sena mill-mewta traġika ta’ Miriam Pace li ġrat fil-Ħamrun, jiftakar f’din il-ġurnata b’dieqa kbira.

“Iżda llum b’sodisfazzjon enormi nixtieq inħabbar li t-talba tiegħi biex spazju miftuh ġdid li ser ikollna fi “Triq is-Sorijiet iż-żgħar tal-fqar” fil-Ħamrun jissemma għal Miriam Pace ġiet milqugħa unanimament mill-kollegi sħabi fil-Kunsill Lokali,” qal Buttigieg.

Huwa temm jgħid li: “Huwa d-dover u d-dmir tagħna li nibqgħu niftakru f’din il-persuna li sentejn ilu tilfet ħajjitha intortament fil-Lokal tagħna.”

Pace, li kellha 52 sena u omm ta’ żewġt itfal, mietet nhar it-2 ta’ Marzu wara li nqabdet fost it-tiġrif tad-dar tagħha fi Triq Abela Scolaro, biswit is-sit tal-kostruzzjoni.

Sport