Wara t-telfa xejn mistennija kontra Bayer Leverkusen, diversi gazzetti Ġermaniżi qed jitkellem dwar is-sitwazzjoni xejn pjaċevoli ta’ Bayern Munich li donnhom mhux qed isibu tarf tal-problemi li qed ikollhom.
It-tim mill-Bavarja tilef 3-0 u dan kollu rrabbja mhux ftit lill-ogħla awtoritajiet tal-klabb li jikkonsidraw lilhom infushom bħala l-aqwa tim fil-Ġermanja.
Il-gazzetti Ġermaniżi qed jirrappurtaw li Thomas Tuchel jaf ma jkollux xi futur sod fil-Bavarja b’diversi kowċis oħra li qed jissemmew li jistgħu joħdulu postu.