Friday, December 20, 2024

“Tibqa’ mfakkar għall-qalb tad-deheb li kellek Frans”

identifikat ir-raġel li miet f'Ħad-Dingli

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Tibqa’ mfakkar għall-qalb tad-deheb li kellek Frans”. Dan kien wieħed mill-kummenti li fakkru l-memorja tar-raġel li aktar kmieni tilef ħajtu f’inċident f’Ħad-Dingli.

Ir-raġel ġie identifikat bħala Frans Scicluna ta’ 71 sena minn Ħad-Dingli. Skont persuni li tkellmu ma’ dan is-sit jidher li l-anzjan kien involut f’inċident sfortunat wara li għeleb u waqa’ sular għoli.

Fost il-persuni li sellmu l-memorja tal-anzjan kien hemm id-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi li qal li kien għadu kemm kellmu dalgħodu stess.

“Int tibqa’ djamant. Imma mal-anġli qiegħed. Sbejjaħ wisq. Qalbek kbira”, temm Azzopardi.

ANZJAN IMUT WARA LI WAQA’ MINN GĦOLI F’ĦAD-DINGLI

Anzjan tilef ħajtu f’inċident li seħħ aktar kmieni għall-ħabta ta’ 11:30 a.m fi Triq Misraħ Suffara f’Ħad-Dingli.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-anzjan ta’ 71 sena residenti Ħad-Dingli kien waqa’ sular għoli waqt li kien fuq sellum f’garaxx privat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza iżda sfortunatament ir-raġel kien ċertifikat mejjet.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport