Friday, April 19, 2024

Tifel ta’ 13-il sena u żewġ adulti arrestati b’suspettat qtil ta’ Logan Williamson

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bosta sellmu l-memorja taċ-ċkejken Logan Williamson li ttella’ bla ħajja minn ġo xmara Ogmore. Huwa kien rrapurtat nieqes minn residenza f’Bridgend f’South Wales is-Sibt li għadda.

B’rabta ma’ dan il-każ il-Pulizija kkonfermat li raġel ta’ 39 sena, mara ta’ 30 sena u tifel ta’ 13-il sena ġew arrestati fuq suspett ta’ qtil.

Fost dawk li sellmu l-memorja taċ-ċkejken iddeskrivewh bħala “tifel b’qalb tajba, dejjem ferrieħi u intelliġenti. Huwa kien maħbub ħafna minn dawk tal-madwar iżda sfortunatament spiċċa tilef ħajtu.”

Fl-ewwel informazzjoni lill-Pulizija, il-ġirien qalu li semgħu għajat ġej mir-residenza fejn jirrisjedi t-tifel u fuq din l-ipoteżi l-uffiċjali forensiċi dehru jinvestigaw il-passaġġi li hemm jifirqu d-dar u l-post fix-xmara li fih nstab iċ-ċkejken.

Logan nstab fl-ilma u ttieħed fi sptar b’urġenza, iżda sfortunatament huwa kien ikkonfermat mejjet ftit tal-ħin wara.

Sport