Thursday, December 26, 2024

Tifel ta’ erba’ snin iweġġa’ gravi f’inċident bejn tliet karozzi f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Diversi persuni inklużi tfal, kellhom jiddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Labour f’Ħaż-Żabbar.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Ist misjuqa minn raġel ta’ 18-il sena residenti Ħ’Attard u Volvo XC60 misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti l- Mosta. Passiġġiera fit-Toyota kien hemm mara ta’ 20 sena residenti Bormla u tarbija ta’ erba’ xhur. 

Fl-inċident intlaqtu wkoll Renault Captur u VW Polo li kienu ipparkjati. Fil-VW Polo kien hemm raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar, tifla u tifel ta’ erba’ snin u żewġ subien ta’ disa’ u 11-il sena. 

Minnufih fuq il-post ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili. 

Il-raġel u t-tfal li kienu fil-VW Polo flimkien mat-tarbija ta’ erba’ xhur u s-sewwieq ta’ 18-il sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Aktar tard it-tifel ta’ erba’ snin kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-persuni l-oħra kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Ekonomija

Sport