Tifla tinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-6:30 p.m., kienet involuta f’inċident f’residenza fi Triq Ġużeppi Bajada, ix-Xagħra.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tifla Spanjola ta’ disa’ snin sofriet ġrieħi kkawżati minn ħġieġ ta’ bieb li waqgħet fih.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jagħti l-ewwel għajnuna lit-tifla sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza għal aktar kura medika. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.