Friday, April 26, 2024

Tifla fost il-persuni li tilfu ħajjithom f’attakk riċenti f’Kyiv

Aqra wkoll

Minn tal-inqas tliet persuni tilfu ħajjithom, inkluż tifla ta’ 11-il sena, waqt attakk bil-missili f’Kyiv matul il-lejl li għadda.

F’dawn l-aħħar jiem kien hemm diversi rapporti ta’ attakki mir-Russi fuq il-kapitali Ukrena permezz tal-missili u d-drones, li l-maġġorparti tagħhom seħħew matul il-lejl.

Fl-aħħar attakk tal-bieraħ fid-distretti ta’ Desnyanskyi u Dniprovsky, madwar 11-il persuna oħra sfaw midruba. Iż-żewġ persuni l-oħra rrappurtati mejta ġew identifikati bħala mara ta’ 34 sena, omm iċ-ċkejkna li tilfet ħajjitha fl-istess attakk, u mara ta’ 33 sena.

Sport