Wednesday, December 25, 2024

Tifla li damet sentejn u nofs fl-appartamenti ta’ Puttinu minħabba bżonn ta’ trapjant tal-fwied

Aqra wkoll

Meta kellha biss sena u nofs, Ellie minn testijiet illli sarulha ġie innutat li din għandha bżonn trapjant tal-fwied. Dan qalitu Puttinu Cares fuq il-paġna ta’ Facebook, li hekk kif daqt riesqa l-maratona, ta’ kuljum qed taqsam stejjer li jkunu għaddew minnhom uħud mill-pazjenti. 

Puttinu qal ukoll li flimkien mal-familja tagħha, iċ-ċkejkna damet għal perjodu ta’ sentejn u nofs ġewwa l-appartamenti ta’ Puttinu. Fl-istess messaġġ il-familjari ta’ Ellie rringrazzjaw lil Puttinu għax li kieku ma kienux huma, ma kinux ikunu jaf x’se jaqbdu jagħmlu mingħajrhom. 

Il-messaġġ intemm hekk; “Illum Ellie għandha 7 snin u miexja tajjeb. Ħa tkun qed tistenna t-telefonata tagħkom fil-Ġimgha l-Kbira waqt il-Maratona ta’ Puttinu fuq l-istazzjonijiet kollha. GRAZZI”. 

Ekonomija

Sport