Thursday, November 21, 2024

Tifla ta’ disa’ snin stuprata u maqtula minn qassis u tliet persuni oħra f’Delhi

… spiċċaw ikkremawha bla permess tal-ġenituri

Aqra wkoll

Tifla ta’ disa’ snin kienet stuprata u maqtula, allegatament minn qassis u tliet impjegati ta’ krematorju f’Delhi fl-Indja. Wara li hi inqatlet,  allegatament il-ġisem tagħha ġie kkremat mingħajr il-permess tal-ġenituri u mingħajr ma’ l-Pulizija kienu infurmati.

Il-Pulizija immedjatament arrestaw lill-qassis u lit-tlett impjegati. Dan sar wara protesti mill-membri tal-familja li magħhom ingħaqdu ħafna nies oħra. Dawn inġabru quddiem il-krematorju jipprotestaw.

Il-familja qed tgħid li għandha suspetti li binthom kienu abbuża sesswalment qabel inqatlet. Fi kliemhom stess kien għalhekk li l-ġisem ġie kkremat b’mod mgħaġġel.

Il-familja qalet li dawk li allegatament wettqu dan l-att għamlu kuntatt ma’ omm it-tifla u qalulha li ħadet xokk u mietet. Huma bdew ibeżżgħu lill-familja biex ma tinfurmax lill-Pulizija. Beżżgħuhom li jekk jinfurmaw lill-Pulizija, dawn kien jiftħu każ, jibagħtu l-ġisem għall-awtopsja u dan ikun ifisser li jitteħdulha organi vitali u dan imbagħad jispiċċaw jinbiegħu.

Sport