Tifla ta’ erba’ snin weġġgħet gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:00 p.m kienet involuta f’inċident f’residenza fi Triq id-Dragun f’Ħal Qormi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li t-tifla kienet fir-residenza tagħha fl-imsemmija triq meta waqgħet għoli ta’ madwar sular ġo xaft.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza biex it-tifla setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.