Friday, April 19, 2024

Tifla ta’ tliet snin toqtol lil oħtha ta’ erba’ snin b’pistola f’Texas

Aqra wkoll

Tifla ta’ tliet snin sparat u qatlet lil oħtha ta’ erba’ snin b’arma tan-nar. Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda, f’Texas, l-Istati Uniti.

Apparentament, it-tfal sabu pistola semi-awtomatika kkargata fil-kamra tas-sodda. F’ħin bla waqt, instema’ tir wieħed; il-familjari tat-tfal ġrew lejn il-kamra li fiha kien hemm iż-żewġt ibniet u sabu lit-tifla t’erba’ snin mixħuta mal-art. Minkejja li ċemplu l-Emerġenza immedjatament, sfortunatament iċ-ċkejkna kienet dikjarata mejta fil-post fejn seħħ il-każ, fisser l-istess uffiċjal tal-Pulizija tal-lokal.

L-istess uffiċjal iddeskriva dan l-inċident bħala “sitwazzjoni traġika għall-aħħar” u li “seta’ faċilment jiġi evitat”. Dan għaliex skont l-istess uffiċjal, iż-żewġt itfal tħallew jilagħbu waħidhom f’kamra tas-sodda fejn kienu esposti għal arma kkargata u ma ngħataw l-ebda superviżjoni minn persuna adulta. Dan filwaqt li l-ħames adulti preżenti fl-istess appartament fi Houston (Texas) intefgħu għalihom mal-familjari u l-ħbieb.

L-uffiċjal tal-Pulizija kompla jispjega li kien hemm nuqqas ta’ ftehim bejn il-ġenituri għaliex filwaqt li ġenitur minnhom ħasbet li ġenitur oħra kienet qed tagħti titwila lit-tfal minn ħin għall-ieħor, iż-żewġt itfal baqgħu waħidhom fil-kamra tas-sodda mingħajr l-ebda tip ta’ superviżjoni.

S’issa għadhom ma nħarġux akkużi kontra l-adulti.

Sport