Saturday, April 20, 2024

Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Birkirkara

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta ta’ l-4:00 p.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Gejtano Mannarino, Birkirkara.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Kolombjuna ta’ 23 sena ntlaqtet minn vettura Ford Kuga li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti n-Naxxar.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport