Thursday, April 18, 2024

Putin mistenni jibgħat ħabsin nisa għall-gwerra fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba f’sena ta’ gwerra, ir-Russja qed tipprepara biex tibgħat grupp ta’ nisa ħabsin fil-kamp tal-battalja fl-Ukrajna. Dan kien irrappurtat fl-aħħar sigħat.

L-armata Russa sofriet ammont sostanzjali ta’ mwiet matul l-invażjoni fl-Ukrajna; il-President Russu Vladimir Putin kellu jara kif se jsib “Sors alternattiv biex jimla l-vojt tal-irġiel fl-armata,” qalu l-kbarat tal-Forzi Armati Ukrena.

Iktar kmieni din il-ġimgħa, rapporti li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali qalu li l-Kremlin ċaqalqet numru konsiderevoli ta’ nisa ħabsin lejn Kuschevka fir-reġjun ta’ Krasnodar, qrib iż-żona tal-gwerra.

Olga Romanova, attivista għad-drittijiet umani u Kap tal-Fondazzjoni għall-Ħabsin Russi (Russian Behind Bars Foundation), tikkalkula li s’issa madwar 100 mara ntbagħtu l-Ukrajna.

Skont il-Midja Ingliża Metro, fit-12 ta’ Lulju li għadda, il-midja Russa rrappurtat l-ewwel każ ta’ mwiet ta’ suldat Russa li kienet involuta fl-invażjoni tal-Ukrajna. Is-suldat kien jisimha Anastasia Savitskaya, uffiċjal minn Volgograd.

Ekonomija

Sport