Thursday, April 18, 2024

Raġel mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ żewġ serqiet mill-Belt

Aqra wkoll

Raġel mistenni jitressaq il-Qorti minn hawn u ftit ħin ieħor, għall-ħabta ta’ nofsinhar, b’akkużi relatati ma’ żewġ serqiet li saru iktar kmieni dan ix-xahar mill-Belt.

L-ewwel serqa seħħet fis-7 ta’ Marzu, 2023, meta għall-ħabta tal-5:15 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li persuna jew persuni mhux magħrufa wettqu
serqa minn lukanda li tinsab fi Triq Sant’Orsla.

Jumejn wara, fid-9 ta’ Marzu, 2023, għal xi t-08:15 a.m., il-Pulizija
ġiet infurmata li matul il-lejl ta’ qabel seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Merkanti.

Huwa, flimkien ma’ raġel ieħor, ġie arrestat ilbiraħtlula minn residenza fil-Bet Valletta.

Il-każ se jinstema’ quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea.

Ekonomija

Sport