Monday, November 2, 2026
Home Sport Tiġrijiet taż-Żwiemel: Fuliggine Pal jirbaħ il-Finali Krafft Gold fil-Marsa

Tiġrijiet taż-Żwiemel: Fuliggine Pal jirbaħ il-Finali Krafft Gold fil-Marsa

0
54

Iż-żiemel Taljan Fuliggine Pal, misjuq minn Noel Baldacchino, rebaħ it-tiġrija ewlenija tal-Ħadd wara nofsinhar fil-Korsa tal-Marsa, hekk kif ħareġ rebbieħ fil-Finali Krafft Gold fuq distanza ta’ 2,140 metru.

Tnax-il żiemel ikkompetew f’din il-finali, b’Eland, misjuq minn Jemsar Gafa’, jieħu l-vantaġġ fil-bidu. Madankollu, fl-aħħar fażijiet tat-tiġrija, żviluppa dwell eċċitanti bejn Pure Joy, misjuq minn Cherise Farrugia, u Fuliggine Pal; dan tal-aħħar għamel attakk qawwi min-naħa ta’ ġewwa biex kiseb ir-rebħa.

1. Fuliggine Pal – Noel Baldacchino

2. Pure Joy – Cherise Farrugia

3. Eland – Jemsar Gafa’

4. Gold From Heaven – Paul Galea

Din kienet ir-raba’ rebħa ta’ Fuliggine Pal din is-sena f’Malta, fejn irreġistra ħin medju ta’ 1:13.2 għal kull kilometru.

Wara t-tiġrija, Shawn Pete Azzopardi, f’isem l-isponsors, ippreżenta t-trofew lis-sid Etienne Carabott u lis-sewwieq Noel Baldacchino.

Sadanittant, Ha Yes Max, misjuq minn Anton Cassar, kiseb it-tieni rebħa konsekuttiva tiegħu f’Malta fit-tiġrija tal-Klassi Premier fuq distanza ta’ 3,140 metru.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here