Wednesday, October 9, 2024

Tikber it-tensjoni bejn il-Korea ta’ Fuq u t’Isfel

Aqra wkoll

It-tensjoni bejn iż-żewġ Koreji, li ilha tintensifika min-nofs is-snin ħamsin tas-seklu għoxrin kompliet tiggrava f’dawn il-jiem wara li l-Korea ta’ Fuq sparat żewġ missili ballistiċi ta’ distanza qasira bħala prova ta’ attakk nukleari fuq miri militari fil-Korea t’Isfel.

Il-midja tal-istat qalet li t-testijiet saru bħala twissija kontra l-iskjerament  ta’ bombi strateġiċi fir-reġjun mill-Istati Uniti. Il-missili ġew sparati ‘l barra mill-kosta tal-Lvant għall-ħabta ta’ nofsillejl.

Pyongyang ilha tikkundanna l-eżerċizzji militari flimkien bejn l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel bħala prova għall-gwerra.

L-armata tal-Korea ta’ Fuq qalet li l-missili kienu sparati tard nhar l-Erbgħa f’“eżerċizzju tattiku ta’ attakk nukleari li jissimula attakki  f’ċentri ta’ kmand ewlenin u ajruporti operattivi fil-Korea t’Isfel”.

Dan test bil-missili kien mmirat li jibgħat messaġġ ċar lill-”għedewwa” li jisfidaw b’theddid militari bħall-iskjerament ta’ armi nukleari strateġiċi minkejja t-twissijiet ripetuti tagħna,” qalet l-armata tal-Korea ta’ Fuq.

Il-Prim Ministru tal-Ġappun Fumio Kishida ikkritika dan l-eżerċizzju militari u ddeskrivieh bħala mhux biss li jhedded il-paċi u l-istabbiltà tal-Ġappun, iżda wkoll il-komunità internazzjonali.

Il-Korea ta’ Fuq wettqet numru rekord ta’ testijiet tal-armi din is-sena. L-aħħar testijiet minn dawn ġew jum qabel il-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti jtemmu 11-il jum ta ‘eżerċizzji militari konġunti.

Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un kien preżenti biex josserva t-testijiet nhar it-Tlieta bħala tħejjija tal-ogħla kmandanti tiegħu għal gwerra sħiħa man-Nofsinhar, skont il-midja tal-istat.

L-eżerċizzji ssimulattivi ħadu l-forma ta’ invażjoni f’daqqa, wara tnieda kontroattakk biex jokkupa “it-territorju kollu tan-nofs tan-nofsinhar.

Minkejja s-sanzjonijiet tan-NU, Kim Jong Un ripetutament wiegħed li jżid il-produzzjoni ta’ pajjiżu ta’ armamenti nukleari u l-iżvilupp ta’ armi aktar qawwija.

Il-Korea t’ Fuq din is-sena kompliet it-testijiet regolari tal-missili tagħha wara li għamlet numru rekord fl-2022 – inklużi dawk li kapaċi jaslu sat-territorju Amerikan.

Fl-aħħar xhur, ippruvat ukoll, mingħajr suċċess, tniedi żewġ satelliti spazjali.

Intant, l-Istati Uniti qalet nhar l-Erbgħa li Pyongyang kienet f’negozjati “attivi” mar-Russja dwar ftehim potenzjali dwar l-armi.

Ix-xahar li għadda, il-Ministru tad-Difiża tar-Russja żar Pyongyang fejn ingħata dawra pubblika ħafna tal-armi tal-Korea ta’ Fuq fejn Kim Jong Un wera missili lill-Ministru Shoigu tar-Russja. L-Istati Uniti stqarret li Shoigu uża l-vjaġġ tiegħu lejn biex jipprova jikkonvinċi lill-Korea ta’ Fuq biex tbiegħ l-armi u l-munizzjon lir-Russja  li l-militar Russu jippjana li juża fl-Ukraina.

Pyongyang kemm-il darba ċaħdet l-akkużi li kienet qed titrasporta l-armi lejn ir-Russja b’appoġġ għall-invażjoni tagħha tal-Ukrajna.

Sport