Sunday, December 22, 2024

Tinfetaħ diskussjoni f’pajjiżna dwar l-ispeċi aljeni fis-settur tas-sajd

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said fetħet diskussjoni mifruxa fuq erbat ijiem, bejn illum u l-10 ta’ Frar 2023, li se titratta l-ispeċi aljeni fis-settur tas-sajd permezz tal-proġett tal-MedSudMed.

Din il-laqgħa qed issir f’pajjiżna wara s-suċċess tal-laqgħa tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Proġett fit-Tuneżija f’Diċembru 2022. Din l-inizjattiva se tkompli tkabbar l-għarfien u l-esperjenza dwar l-isfruttament tal-ispeċi aljeni madwar il-Mediterran, fosthom il-granċ blu (blue crab).

Għal dawn il-laqgħat ta’ diskussjoni ser ikunu qed jipparteċipaw ukoll rappreżentanti u esponenti mit-Tuneżija.

Ekonomija

Sport