Thursday, April 18, 2024

Tinfetaħ inkjesta maġisterjali wara li vettura nħakmet minn nirien qawwija f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-4.20 a.m., uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa biex jintervjenu fi Triq Ġużè Duca, Ħal Qormi. Dan wara li għal xi raġuni, vettura tal-għamla BMW inħakment minn nirien qawwija.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-karozza li nħakmet sew minn dan in-nirien kienet ipparkjata. Sfortunatament in-nar laħaq beda jinfirex u ntlaqtu żewġ vetturi oħra li kienu fil-qrib, però n-nar ma kienx daqstant qawwi.

Is-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata u fortunatament ħadd ma weġġa’.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għan-nirien. Intant, dan is-sit jinsab infurmat li l-Maġistrat Dr Monica Vella ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport