Sena oħra, maratona oħra, u l-istess qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi. Issa Bjorn jista’ jkompli jibni dan il-proġett u jiftaħ il-bibien għal aktar nies li għandhom bżonn post fejn jistrieħu u jirċievu l-għajnunaite. Dan huwa post li se jilqa’ aktar nies b’kundizzjoni newroloġika li għandhom bżonn għajnuna kuljum. Matul il-ġurnata għaddew diversi personalitajiet Maltin mill-maratona, fosthom il-Prim Ministru, Robert Abela, u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Alex Borg.
Ġew ukoll Gabriel (The Briefcase Man), Peter Carbonaro, Jay Vella u Muxu, li ftit qabel kienu qattgħu 24 siegħa magħluqa fl-istess spazju bħala parti minn challenge biex jaraw, anke jekk għal ftit, xi jfisser tgħix b’kundizzjoni newroloġika. Fil-maratona qasmu magħna x’ħassew waqt dik l-esperjenza, u qagħdu jwieġbu t-telefonati tad-donaturi. Qalulna li dawk l-24 siegħa fetħulhom għajnejhom għal dak li jgħaddu minnu r-residenti u l-pazjenti ta’ DAR Bjorn kuljum.
DAR Bjorn ma nesiex lil min tahom l-appoġġ. Kull siegħa tellgħu rigali għall-parteċipanti — iPhones, cruise għal tnejn u ħafna aktar. Ħafna minn dawk li rebħu, malli semgħu l-aħbar, reġgħu taw donazzjoni oħra — akbar minn tal-ewwel.
Fl-aħħar tal-ġurnata nġabar ammont rekord ta’ €1,782,136. Numru li juri, għal darb’oħra, kemm il-poplu Malti u Għawdxi jaf jagħti. Issa DAR Bjorn jista’ jkompli jibni dan il-proġett u jiftaħ il-bibien għal aktar nies li għandhom bżonn post fejn jistrieħu u jirċievu l-għajnuna li jeħtieġu.
