Francesca Zammit, tfajla ta’ 20 sena li ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija nstabet qawwija u sħiħa.
Fi stqarrija maħruġa b’talba għall-għajnuna l-pulizija kienet qalet li hija dehret l-aħħar fl-inħawi ta’ Ħal Luqa
Aktar kmieni: Tfajla ta’ 20 sena rrapurtata nieqsa
Francesca Zammit, tfajla ta’ 20 sena, ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.
Hija dehret l-aħħar aktar kmieni llum fl-inħawi ta’ Ħal Luqa.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.