Wednesday, February 26, 2025

Tirritorna l-kampanja Tap & Win tal-BOV għall-jiem tal-Karnival

- 50 klijent jibrħu premju ta' €50

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta qed jerġa’ jniedi l-kampanja popolari Tap & Win marbuta mal-kards tal-Bank għal matul il-jiem tal-Karnival. Hekk kif eluf ta’ Maltin jaqsmu l-fliegu biex jiċċelebraw il-karnival f’Għawdex, klijenti tal-BOV li jħallsu t-traġitt bejn iż-żewġ gżejjer permezz ta’ kartiera diġitali, awtomatikament jidħlu biċ-ċans li jirbħu €50 li jiġu kreditati direttament fil-kont tagħhom.

Il-kampanja hija miftuħa għall-klijenti kollha li għandhom kard tal-BOV u li se jkunu qed jivjaġġaw bejn Malta u Għawdex matul il-perjodu ta’ bejn il-Ġimgħa 28 ta’ Frar u l-Erbgħa 5 ta’ Marzu 2025 u li jagħżlu li jħallsu t-traġitt bil-Gozo Channel jew il-Gozo Highspeed permezz ta’ kartiera diġitali bħal Google Wallet, Apple Pay jew Garmin Pay.

Il-kampanja Tap & Win tinċentiva lill-klijenti tal-BOV biex jidraw iħallsu b’mod diġitali u jitnaqqas l-użu tal-flus kontanti jew il-kard fiżika. Il-pagamenti diġitali joffru konvenjenza, sigurtà u aċċessibilità bl-iktar mod faċli.

Ir-rebbieħa se jitilgħu bix-xorti fit-13 ta’ Marzu u wara li jiġu kkuntattjati, jirċievu l-premju ta’ €50 sal-aħħar ta’ Marzu. Iktar informazzjoni fuq din il-kampanja, il-benefiċċji abbinati mal-kards tal-BOV u l-użu tal-Kartiera Diġitali, kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet jinsabu fuq https://www.bov.com/carnival-promotion-tcs.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport