Friday, May 3, 2024

Tirritorna n-Nofs Maratona f’Għawdex

Aqra wkoll

Wara l-waqfa għall-għarrieda, minħabba l-imxija tal-COVID-19, bi pjaċir nħabbru li din is-sena, ser inkunu qed nirritornaw, u bil-kbir.

L-attività ta’ din is-sena ser issir fil-21 ta’ Settembru 2022 u ser titlaq mill-Pjazza storika tax-Xagħra, li se tinbidel f’mekka tal-ġiri, bl-ewwel tiġrija titlaq fis-07.30am.

In-Nofs Maratona t’Għawdex żgur mhix biss għall-aqwa atleti iżda wkoll għal atleti każwali, familji sħaħ, u ħbieb li jixtiequ jesploraw xenarji mill-aqwa u esperjenzi kulturali indimentikabbli, li Għawdex biss jista’ joffri. Żgur li ser ikun hemm xi ħaġa għal kulħadd.

Atleti prospettivi li għadhom ma applikawx jistgħu jagħżlu waħda mill-isfidi t’hawn taħt u jirreġistraw fuq il-websajt tagħna gozomarathon.org 🌐 qabel ma jibdew il-miżati ta’ min japplika tard.

 ✔️ Nofs Maratona – €20

 ✔️ Tiġrija 10K – €20

 ✔️ Tfal 4K – €10

 ✔️ Tfal 2K – €10

 ✔️ Familja 4K – €20

 ✔️ Familja 2K – €10

 ✔️ Mixja 10K – €20

 ✔️ Mixja 4K – €20

Flimkien mal-ħafna dettalji li jagħmlu dan l-avveniment tant speċjali u uniku, f’din l-edizzjoni, se niddebuttaw ukoll rotta ġdida għall-21K tagħna, xi ħaġa li wkoll kellha tiġi mtellqa tard minħabba l-pandemija.

Il-prezz tal-miżati għall-applikazzjonijiet sottomessi bejn il-Ħamis 1 ta’ Settembru 2022 u l-Ħadd 18 ta’ Settembru 2022 huma:

✔️ Nofs Maratona – €25

✔️ Tiġrija 10K – €25

✔️ Tfal 4K – €12

✔️ Tfal 2K – €12

✔️ Familja 2K – €12

✔️ Familja 4K – €25

✔️ Mixja 10K – €25

✔️ Mixja 4K – €25

Aktar informazzjoni dwar it-tiġrijiet kollha jistgħu jibstabu fuq il-website gozomarathon.org u fuq il-mezzi soċjali kollha tagħna!

Sport