Wednesday, April 24, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ Richard Marcinko, il-fundatur ta’ Seal Team Six

Aqra wkoll

Richard Marcinko, li huwa l-fundatur ta’ Seal Team Six, miet fl-età ta’ 81 sena. Seal Team Six jifforma parti mill-militar tal-Istati Uniti u hu huwa grupp ta’ suldati mill-aqwa li huma magħrufin għall-operazzjonijiet delikati tagħhom bħal dik li kienet saret kontra Osama Bin Laden. 

Marcinko kien veteran tal-Gwerra tal-Vjetnam u kien mexxa l-grupp Seal Team Six fl-ewwel tliet snin tiegħu. Matul il-karriera tiegħu huwa irċieva iktar minn 30 medalja. It-tmexxija tiegħu kienet waħda li ġabet suċċess kbir, iżda kien hemm drabi fejn minħabba t-tmexxija tiegħu hu xellef dufrejh mas-superjuri tiegħu. Uħud kienu jakkużaw lil Marcinko li kien jinkoraġġixi l-“imġiba ħażina” u daħħal din l-atitudni fi ħdan Seal Team Six. 

Minkejja dan kollu, Marcinko jibqa’ mfakkar għar-rwol importanti tiegħu fil-ġlieda tal-Istati Uniti kontra t-terroriżmu.

Sport