Saturday, May 18, 2024

Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju Billy Bingham

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-manager leġġendarju Irlandiż, Billy Bingham, fl-etá ta’ 90 sena 

Huwa l-aktar coach rispettat ta’ kull żmien fl-Irlanda ta’ Fuq hekk kif iggwida lill-pajjiż għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, fl-1982 u fl-1986.

Taħt it-tmexxija tiegħu, l-Irlanda ta’ Fuq kienu l-aħħar rebbieħa tal-British Championship, fl-1984. 

Bingham mexxa wkoll lil Everton u lit-tim nazzjonali Grieg u lagħab għall-Irlanda ta’ Fuq fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1958, fl-Isvezja.

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Irlandiża qalet li saret taf bil-mewt ta’ Bingham b’“dieqa kbira”.

Sport