Tuesday, May 14, 2024

Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju Pelé

Aqra wkoll

Il-Ħamis filgħaxija tħabbret il-mewt tal-leġġendarju Brażiljan, Pelé, fl-etá ta’ 82 sena. 

Bla dubju, id-dinja tal-football tinsab f’luttu bil-mewt tal-aqwa player ta’ kull żmien fl-istorja. 

Huwa kien qed jirċievi kura għal tumur fl-imsaren meta dan l-aħħar ġismu ma baqax jirrispondi għall-kura. 

Imlaqqam “Ir-Re”, Pelé rebaħ tliet Tazzi tad-Dinja mal-Brażil bejn l-1958 u l-1970, l-uniku player fl-istorja li rnexxielu jagħmel dan. 

Fil-karriera tiegħu, f’1,363 partita huwa skorja xejn inqas minn 1,279 goals li kienu jinkludu partiti ta’ ħbiberija fejn ġie rikonoxxut fil-Guinness Book of Rekords. 

Huwa lagħab 92 dabra għal pajjiżu li fihom skorja 77 goal liema rekord ġie milħuq minn Neymar fit-Tazza tad-Dinja li għaddiet. 

Fl-etá ta’ 15-il sena huwa għamel id-debutt mat-team tal-lokalitá tiegħu, Santos, u minn hemm qatt ma ħares lura. Sena wara, huwa għamel id-debutt mat-team nazzjonali Brażiljan. 

Ta’ 17-il sena, huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja, fl-1958, … fejn imbagħad rebaħha darbtejn oħra, fl-1962 u fl-1970.

Sport