Tuesday, April 30, 2024

Il-fliexken tal-inbid ta’ Delicata se jibqgħu jinġabru l-istess

Aqra wkoll

Hekk kif fil-pajjiż daħlet is-sistema tal-ġbir tal-flixken imħaddma minn BCRS, il-prodotturi tal-inbid Delicata qalu fi stqarrija li s-sistema ta’ ritorn ta’ flixken tagħhpm se tibqa’ l-istess.

Huma qalu li s-sistema tagħhom hija mħaddma b’mod awtonomu u indipendenti mis-sistema li ġiet introdotta fil-pajjiż.

Delicata qalu li kif titħaddem is-sistema tagħhom hija waħda sempliċi. “Kull min jixtri flixken tal-inbid ta’ Delicata li jista’ jirritornahom f’ħanut f’Malta u f’Għawdex ikun mitlub iħallas €0.30 bħala depożitu meta tħallas il-kaxxier. Dan id-depożitu jitħallas lura kollu mill-istabbiliment jew ħanut li tkun qed tixtri meta tirritorna l-flixkun vojt,” qalet l-istqarrija.

Għal stabbilimenti kummerċjali, ma jitħallas l-ebda depożitu min-naħa tal-klijenti. Madankollu, Delicata xorta tiġbor mill-istabbiliment tal-caterer il-flixken kollha li huma ritornabbli biex jerġgħu jintużaw jew ikunu riċiklati.

Sport