Sunday, January 5, 2025

Titkompla l-ħidma b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem il-Pulizija mexxiet spezzjonijiet koordinati mal-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni, b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari.

F’din il-ħidma, 28 persuna li ġejjin mis-Sirja, in-Niġerja, il-Ghana, il-Libja, l-Indja u mill-Mali, instabu jgħixu fil-pajjiż b’mod irregolari.

Huma nqabdu waqt spezzjonijiet li saru fl-akwati tal-monti tal-Furjana u kumpless tax-xiri biswit il-Park and Ride ta’ Ħal-Qormi, kif ukoll minn residenzi fil-Ħamrun, San Ġwann, il-Mosta u Birkirkara.

Il-persuni kollha qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm jitlesta l-proċess ta’ ritorn.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport