Saturday, December 21, 2024

Titneħħa l-gabbana tal-injam li nbniet f’Wied Żejta f’Għawdex

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat f’Għawdex b’mod partikolari fir-Rabat inħolqot kwistjoni hekk kif fil-Wied ta’ Żejta xi persuni bnew gabbana tal-injam.

Dan il-wied fil-qalba tar-Rabat Għawdex jattira diversi familji b’mod partikolari dawk bit-tfal hekk kif imorru jagħmlu mixjiet u t-tfal ikunu jistgħu jitimgħmu l-papri.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri kiteb fuq il-midja soċjali li l-Awtorità tal-Ippjanar nhar is-Sibt li għadda kienet diġà għamlet spezzjoni u kienet qiegħda tindaga biex issib lis-sid ħalli tittiħed azzjoni ta’ infurzar. Ħabbar ukoll li anke l-pulizija kienu ġew informati b’dan l-iżvilupp.

Imbgħad aktar tard matul il-ġurnata tal-bieraħ, is-Sindku tar-Rabat, Brian Azzopardi f’kumment li tella’ fuq il-midja soċjali qal li “f’intervent f’waqtu mill-Kunsill Lokali ta’ Beltna, dak il-kiosk permanenti tneħħa.

“Kont f’ taħditiet ma sidha għal madwar ħmistax u bil-kelma t-tajba zarma din il-kiosk li zgur ma kienx lokha hemm b’mod fiss. Spejgajtlu li filwaqt li għandu permessi biex jarma anke ġo beltna, permessi maħruġa b’mod leġittimu minn entitajiet centrali u mhux mill-Kunsill…postu mhux hemm.

“Huwa fehem u wegħdni li sal-lejla kellu jzarmah. Hekk ghamel. Ir-raguni ma tridx forza! Nixtieq nirringrazzja ukoll lil Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri għax konna f’ kuntatt kontinwu fuq din il-kwistjoni.”

Ekonomija

Sport