Friday, March 21, 2025

Tixtieq taħfer lis-sieħeb mixli li taha xebgħa u stupraha darbtejn

Aqra wkoll

Raġel ta’ 34 sena mil-Libja magħruf sew mal-pulizija fl-aħħar sigħat tressaq mill-ġdid quddiem il-Qorti fejn din id-darba ġie akkużat li ħebb u stupra lis-sieħba tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni qalet li waqt li kien qiegħed jiġi arrestat hu ħebb ukoll għall-kuntistabbli tal-Pulizija.

Hekk kif beda jinstema l-każ, minkejja l-akkużi kontrih, is-sieħba tiegħu qalet quddiem il-Maġistrat Leonard Carunali tixtieq taħfirlu. Hu għandu diversi kawżi pendenti fosthom b’rabta ma’ pussess tad-droga kannabis u kokaina. 

L-akkużat wieġeb mhux ħati.

Il-Prosekuzzjoni qalet quddiem il-Maġistrat Caruana li l-arrest tal-Libjan sar wara li l-pulizija kienet informata li kien hemm mara li marret fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana u kienet qiegħda tallega li qalet xeba’ mingħandu. Allegat ukoll li kien stupraha darbtejn.

Fix-xhieda tagħha, il-mara qalet li tixtieq li twaqqa’ l-każ. Fost l-oħrajn qalet li kienu ilhom flimkien 11-il sena, jorqdu u jqumu flimkien, l-imputat ħariġha minn ħafna problemi u anke qed jiffaċjaw akkużi flimkien fil-Qorti.

Il-Maġistrat Leonard Caruana se jagħti deciżjoni fil-jiem li ġejjien, filwaqt li r-raġel baqa’ jinżamm arrestat.

Għar-raġel dehru l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

Għall-vittma deher l-avukat Arthur Azzopardi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport