Thursday, December 26, 2024

Tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Lilu l-King mixli li sawwat raġel 

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf bħala l-Lilu King, li jinsab mixli li sawwat raġel ieħor fix-Xatt ta’ Tas-Sliema.

Fil-Qorti, xehed il-vittma fejn spjega li huwa kien spiċċa mal-art wara li qala’ diversi daqqiet mingħand Elmushraty. Qal li konsegwenza tal-istess daqqiet, huwa sġiċċa għamel madwar ġimgħa ma jiċċaqlaqx. 

Il-vittma iddikjara li huwa lest li jaħfer lil Mohamed, bil-patt u l-kundizzjoni li dan ma jkellmux. Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman spjegat li Lilu l-King kien ġie identifikat minn filmati tas-sigurtà li kien hemm fil-viċinanzi. Spjegat li fil-filmat, Elmushraty allegatament beda jagħti bis-seiq lil vittma u jgħollih mill-art.

Intant id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, bir-raġuni li Mohamed ilu miżmum fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-bidu ta’ dan ix-xahar, meta kien akkużat li kkaġuna ġriehi ħfief fuq il-vittma.

Il-Maġistrat Farrugia Frendo ċaħdet it-talba tad-Difiża, li Elmushraty jingħata l-ħelsien mill-arrest, Elmushraty xellef difrejh diversi drabi mal-ġustizzija.

Għal-Lilu King qed jidher l-Avukat Franco Debono.

Ekonomija

Sport