Thursday, March 28, 2024

Tkompli tikber l-instabbiltà ġewwa l-Kazakhstan

Aqra wkoll

Il-forzi tas-sigurtà ġewwa l-istat tal-Kazakhstan, li jinsab fiċ-Ċentru tal-Ażja, qalu li qatlu għexieren ta’ ribelli antigovernattivi fil-belt ta’ Almaty. Kelliemi għall-pulizija qal li huma kellhom jintervjenu wara li d-dimostranti pprovaw jieħdu l-kontroll tal-għases tal-pulizija li hemm f’din il-belt. Skont rapporti ppubblikanti, waqt il-ġlied li żvolġa 12-il membru tal-forzi tas-sigurtà tilfu ħajjithom filwaqt li kien hemm 353 oħra li sofrew ġrieħi. 

Min-naħa tagħha r-Russja qalet li se tkun qiegħda tibgħat it-truppi f’dan il-pajjiż fuq talba tal-president tal-Kazakhstan. Dawn it-truppi se jkunu qed jiġu skjerati biex jgħinu ħalli terġa’ tinkiseb l-istabbiltà fil-pajjiż, liema pajjiż huwa membru tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tas-Sig­urtà Kollettiva (CSTO) flim­kien mar-Russja, il-Belarus, it-Tajikistan, il-Kyrgyzstan u l-Armenja. 

L-instabbiltà fil-pajjiż qamet nhar il-Ħadd li għadda wara dimostrazzjonijiet kbar li żvolġew minħabba żidiet sostanzjali fil-prezz tal-fjuwil LPG (liquefied petroleum gas). Iż-żidiet seħħew wara li l-gvern neħħa l-limitu tal-prezz minn fuq l-LPG, li ħafna nies jużawh għall-karozzi tagħhom. It-tgergir minn fuq il-prezz tal-LPG spiċċa biex imbagħad infirex fuq temi politiċi oħrajn. Minkejja li l-Kazakhstan huwa pajjiż għoni f’dak li huwa żejt, mhux l-ewwel darba li l-poplu jkun affaċċjat bi skarsezza ta’ fjuwil u dan minħabba li l-kumpaniji li jipproduċu l-fjuwil LPG ħafna drabi jkun jaqblilhom iktar li jesportaw milli jbigħu lokalment. 

Ekonomija

Sport