Wednesday, April 17, 2024

Tliet għawwiema Maltin se jieħdu sehem fil-kampjonat tal-FINA

Aqra wkoll

Tliet Għawwiema Maltin ser jipparteċipaw fil-15-il Kampjonat tal-Għawm FINA Short Course

Il-15-il Kampjonat Dinji tal-Għawm Short Course tal-FINA se jsir bejn is-16 u l-21 ta’ Diċembru 2021. Il-Kampjonati ser jsiru fl-Etihad Arena fuq Yas Island f’Abu Dhabi.

Malta qed tkun rappreżentata minn tliet għawwiema Dylan Cachia, Sasha Gatt u Thomas Wareing li kkwalifikaw wara l-Kriterji tal-Għażla ppubblikati minn qabel mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta.

L-għawwiema Maltin se jkunu qed jikkompetu f’total ta’ 6 avvenimenti bejniethom.

Dylan Cachia:            200m Freestyle, 400m Freestyle

Sasha Gatt:               200m Freestyle, 400m Freestyle

Thomas Wareing:       100m Medley Individwali, 200m Medley Individwali

Il-kontinġent Malti huwa magħmul mill-HeadCoach Catalin Stan. Andrew Pisani qed jakkumpanja lit-tim bħala Physio.

L-għawwiema se jagħmlu taħriġ fil-post tal-Kompetizzjoni, filwaqt li l-kompetizzjonijiet se jibdew il-Ħamis 16 ta’ Diċembru. L-impenji tagħhom f’Abu Dhabi jispiċċaw nhar it-Tlieta 21 ta’ Diċembru, bil-kontinġent itir lura Malta nhar l-Erbgħa 22 ta’ Diċembru.

Skeda tal-Kompetizzjoni, Listi tal-Bidu u Riżultati se jkunu disponibbli hawn:

https://www.fina.org/competitions/2/15th-fina-world-swimming-championships-25m-2021
Ekonomija

Sport