Tliet irġiel ta’ nazzjonalità barranija tressqu fil-Qorti tal-Maġistrati wara li nqabdu jipprovaw jitilqu minn pajjiżna b’passaporti foloz. It-tliet irġiel kienu arrestati hekk kif kienu se jaqbdu titjira lejn Brussell.
Huma wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontra tagħhom, b’wieħed minnhom ikun ikkundannat sitt xhur ħabs u t-tnejn l-oħra ntbagħtu tliet xhur ħabs u erba’ xhur ħabs rispettivament.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Karl Roberts.