Raġel kellu jidaħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li għall-ħabta tal-4.15pm kien involut f’inċident f’tuktuk fix-Xewkija Għawdex.
L-inċident seħħ fi Triq il-Kanal, (qrib il-ħeliport) meta għal xi rauni r-raġel li għandu 52 sena residenti San Pawl il-Baħar spiċċa fl-art.
Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw eżattament kif seħħ l-inċident.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn taw l-ewwel għajnuna lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
Għalkemm il-kundizzjoni tar-raġel s’issa għadha mhix magħrufa, jidher li tista’ tkun waħda serja.



