Thursday, December 26, 2024

Tlieta mixlijin li serqu ħanut f’Tas-Sliema u li sawtu lis-salesgirl

Aqra wkoll

Valentina Schembri ta’ 25 sena, Leanne Chalbi ta’ 35 sena u Ans Ghodban ta’ 28 sena li residenti Tas-Sliema baqgħu jinżammu arrestati wara li kienu akkużati li minbarra li wettqu serqa minn ħanut f’Tas-Sliema sawtu lis-salegirl.

L-allegat serqa seħħet nhar l-Erbgħa li għaddiet għall-ħabta tat-3.30pm fejn mill-ewwel il-pulizija bdew ifittxu lill-persuni li wettqu dan il-każ.

Quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech, il-Prosekuzzjoni qalet li meta l-pulizija waslu fil-ħanut fejn seħħet is-serqa, is-salegirl qaltilhom li l-ewwel kienu daħlu żewġ nisa li bdew jaraw xi oġetti għall-bejgħ, imbgħad f’ħin minnhom x’ħin hi resqet ftit ‘il bogħod minn ħdejn il-cash register jidher li seħħet is-serqa. Dan hekk kif marret lura ħdejn il-cash register sabet madwar €150 nieqsa.

Il-Prosekuzzjoni qalet li minn dak li qaltilhom is-salesgirls hija ħarġet tiġri barra u anke ġriet wara l-allegat ħallelin li kienu mexjin ma’ raġel. Hija anke ħaditilhom xi ritratti. Kien hawn li t-tlieta li huma allegatament daru għaliha u bdew isawtuha.

Il-Pulizija arrestat lit-tlett persuni waqt li kienu fuq bus stop u fuqhom instabu l-oġġetti misruqin mill-ħanut. Fost l-oġġetti misruqa kien hemm handbag, ċrieket u handbag.

Fil-Qorti, it-tlett akkużati wieġbu mhux ħatja ta’ serq aggravat. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest liema talba sabet oppożizzjoni kbira min-naħa tal-Prosekuzzjoni. Il-Maġistrat Jean Paul Grech wara li sema’ liż-żewġ naħat ordna li l-akkużati jibqgħu jinżammu arrestati fil-ħabs ta’ Kordin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Giuliana Magro mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Eman Hayman filwaqt li għall-akkużati dehru l-Avukati Franco Debono, Josè Herrera, Ishmael Psaila u Adriano Spiteri.

Ekonomija

Sport