Tuesday, June 30, 2026

Tmut Antoinette Miggiani, soprana Maltija ta’ fama internazzjonali

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Antoinette Miggiani ta’ 88 sena, soprana Maltija li kisbet fama internazzjonali.

Twildet f’Tas-Sliema fl-1937, u wara li temmet l-edukazzjoni tagħha f’Malta kienet kisbet borża ta’ studju fejn irnexxielha tistudja l-vuċi fl-Akkademja Rjali tal-Mużika f’Londra.

Miggiani kantant f’diversi teatri madwar id-dinja fosthom fir-Renju Unit, fi Franza, il-Ġermanja, l-Italja, fl-Istati Uniti fejn kellha rwoli ewlenin fl-opra.

Kien fl-1970 meta rritornat lejn Malta biex tkun tista’ tieħu ħsieb lill-ġenituri tagħha. 

Fl-1991 ingħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. 

Hija se tkun qiegħda tingħata l-aħħar tislima fl-1 ta’ Lulju fil-Knisja ta’ Stella Maris, Tas-Sliema fid-9.00am.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport