Tmut Bonnie Tyler, il-kantanta ta’ fama internazzjonali fl-età ta’ 75 sena

0
1

Tmut Bonnie Tyler, il-kantanta ta’ fama internazzjonali fl-età ta’ 75 sena Il-kantanta, li kisbet fama kbira b’kanzunetti bħal *Total Eclipse of the Heart* u *Holding Out For A Hero*, mietet fil-Portugall ftit tal-ġimgħat wara li kienet f’koma hekk kif saritilha operazzjoni urġenti fl-imsaren.

F’messaġġ li ttella’ fuq il-websajt tal-istilla popolari ħafna minn Wales intqal: “Il-familja u t-tim ta’ Bonnie jinsabu qalbhom maqsuma hekk kif ħabbru li Bonnie mietet mingħajr mistenni”. Ix-xahar li għadda, il-kelliem tagħha qal li kienet ħarġet mill-koma iżda baqgħet “ma tiflaħx ħafna u f’kura intensiva”.

Tyler, li qattgħet snin taqsam bejn South Wales u d-dar tagħha f’Faro, fil-Portugall, kellha tibda tour Ewropew aktar tard din is-sena iżda ddaħħlet l-isptar f’Mejju.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here