Friday, May 3, 2024

Tmut María Mendiola fl-età ta’ 69 sena… Il-kantanta ta’ ‘Yes Sir, I Can Boogie’

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

María Mendiola, il-kantanta popolari magħrufa l-aktar għall-kanzunetta, ‘Yes Sir, I Can Boogie, mietet fl-età ta’ 69 sena, imdawra mill-familja tagħha f’Madrid. 

Dan ħabbritu Crisitna Sevilla, kantanta li kienet fl-istess grupp tagħha. “Għażiża Maria, kif ħallejtna bla kliem. Kull ma nista’ ngħidlek, huwa proprju dak li kelli l-opportunità li ngħidlek meta kont għadek ħajja, kemm inħobbok,” qalet Sevilla fuq Instagram, ilbieraħ filgħodu.

Il-familja tal-kantanta qalet li se tibqa’ mfakkra għall-imħabba, id-dedikazzjoni u r-rispett li kellha lejn id-dinja tal-mużika u interpretazzjoni. “It-tbissimha tagħha se nibqgħu niftakruha.”

YouTube video

Mendiola iffurmat il-duo mużikali Baccara ma’ Mayte Mateos fl-1977 meta kienu għadhom żeffiena tal-flamenco fil-gżira Fuerteventura. Aktar tard, Baccara ġibet l-attenzjoni ta’ rappreżentant tar-record label RCA Records fir-Renju Unit fejn kellhom l-ewwel single ‘Yes Sir, I Can Boogie’.  

Tajjeb li wieħed isemmi li din il-kanzunetta irnexxielha tbigħ 16-il miljun kopja, ħafna aktar minn gruppi feminili ta’ dak iż-żmien bħalma huma, The Runaways,  Sweet Jayne, Girlschool, The Go-Go’s eċċ. 

Mandankollu fis-snin 80, iż-żewġ kantanti infirdu u iffurmaw gruppi ġodda. Il-grupp ta’ Mendiola, li fih kien hemm Marisa Pérez, kiseb l-aktar suċċess, bil-kanzunetti tagħhom, Touch Me, Fantasy Boy u Call Me Up.  Aktar tard fl-2008, Pérez iddeċidiet li titlaq il-grupp, li kien għadu bl-isem Baccara, minħabba raġunijiet ta’ saħħa u minflok ingħaqdet Cristina Sevilla. 

Sport