Tnejn iweġġgħu serjament fi inċident bil-mutur

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-4.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel mill-Italja ta’ 26 sena u residenti San Ġwann, li kien qiegħed isuq mutur Yamaha u miegħu kellu mara, li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, bħala passiġġiera, tilef il-kontroll u waqgħu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu serjament.

Il-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D qed tmexxi inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport