Skont l-awtoritajiet Ġappuniżi, fl-aħħar jumejn aktar minn 200 persuna f’Tokjo ntbagħtu l-isptar wara li żelqu u waqgħu minħabba s-silġ u l-borra fit-toroq hekk kif il-kapitali rat l-ewwel borra qawwija tagħha f’erba’ snin.
Iċ-ċentru ta’ Tokyo kellu 10 ċentimetri ta’ borra sal-Ħamis filgħaxija. Saħansitra, it-traffiku baqa’ għaddej sal-Ġimgħa filgħodu. Il-merkurju niżel għal inqas minn 3.5 Celsius fiż-żoni ċentrali tal-kapital tal-Ġimgħa filgħodu, 1.8 gradi inqas mill-ġurnata ta’ qabel.
Skont id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Tokyo, kien hemm 215-il persuna bejn id-disa’ snin u s-97 sena ttieħdu l-isptarijiet fil-kapitali wara li waqgħu u weġġgħu. Il-Pulizija qalet ukoll li seħħew 77 inċident tat-traffiku li rriżultaw fi ġrieħi gravi minħabba l-borra sal-bieraħ stess.
Expressway li sservi l-akbar żona ta’ Tokjo kellha tingħalaq parzjalment u disa’ titjiriet operati minn Nippon Airways li jitilqu minn jew li jaslu fl-Ajruport Haneda ta’ Tokjo ġew ikkanċellati.
Fuq il-Metropolitan Expressway f’ħin minnhom, il-borra ħalliet sa 100 vettura mwaħħla fuq il-Tokyo Gate Bridge. Ir-Rainbow Bridge, attrazzjoni turistika ewlenija fil-kapitali, baqa’ magħluq sal-Ġimgħa filgħodu.
Fil-Prefettura ġirien ta’ Saitama, il-pulizija lokali qalet li erbat irġiel ġarrbu ġrieħi ħfief il-Ġimgħa filgħodu f’inċident li kien jinvolvi ħames trakkijiet f’Kasukabe, u żiedet li jissuspettaw li kien ikkawżat minħabba li t-toroq kienu mimlija silġ.
Il-Pulizija żiedet tgħid ukoll li fil-Prefettura ta’ Ibaraki, sal-Ġimgħa filgħodu kienu seħħew 346 inċident tat-traffiku minħabba borra u silġ fit-toroq.
Ħdejn l-Istazzjon ta’ Shimbashi, ċentru ewlieni tat-trasport fil-kapitali, ħafna vjaġġaturi kienu qed jimxu b’kawtela fit-toroq mimlija silġ.
Ħabiba tiegħi Namie Tsushima, residenti fiċ-ċentru ta’ Tokjo u l-persuna li ħadet ir-ritratti ta’ dan l-artiklu saħqet li “Kien diffiċli li nimxi minħabba li t-toroq madwar id-dar tiegħi kienu ffriżati. Hija xi ħaġa meraviljuża kif ukoll stramba li naraw Tokjo miksija bajda.”