Tuesday, April 16, 2024

Tqaxxar xagħarha b’sapport lejn pazjent ieħor

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ġest żgħir iżda sinifikanti huwa dak li għamlet fl-aħħar sigħat Antonella Rogers. 

Antonella, li bħalissa tinsab f’Londra biex tagħmel operazzjoni dan ix-xahar, qaxxret xagħarha b’sapport lejn pazjent ieħor.

“Ġest żgħir. Qaxxart xagħri biex ma tħossokx waħdek, ħabib tiegħi. Nirringrazzjaw lil Maltin tat-talb u s-sapport tagħhom,” kitbet Antonella fuq il-profil tagħha tal-midja soċjali.

Hekk kif illum, kienet tinsab fuq ferrovija, Antonella qasmet ukoll ħsieb importanti. Hija qalet: “Il-ħajja daqqa tidħaklek u daqqa tbikkik. L-ironija hi li meta tidħaklek mhux dejjem napprezzaw u meta tbikkik tkun tixtieqha tidħaklek. Mela ejjew naħsbu ftit, ngħixu kull mument u f’kull ċirkostanza.”

Il-pożittività f’Antonella minn dejjem kienet tispikka anke meta kienet għaddejja minn mument ta’ tbatija minħabba l-marda tal-kanċer.

Antonella rnexxielha ddawwar il-ħolma kerha f’waħda pożittiva tant li rnexxielha tippubblika ktieb awtobiografiku dwar l-esperjenza tagħha u xi mumenti mill-passat. Huma ħafna dawk in-nies li sabu dan il-ktieb wieħed tassew informattiv u bżonnjuż.

Ekonomija

Sport