Jibda l-bejgħ ta’ materjal elettorali għall-2028
… Dan meta l-Kostituzzjoni Amerikan tispeċifika massimu ta’ żewġ termini għal kull President
Il-brieret u t-shirts uffiċjali “Trump 2028” bdew jinbigħu f’indikazzjoni ċara li Donald Trump se jipprova jagħmel it-tielet terminu bħala President tal-Istati Unit. It-Trump Store tella’ fuq is-sit il-beritta ħamra bil-logo MAGA abjad għall-bejgħ ilbieraħ bil-preżz ta’ €44 ($50).
Barra l-beritta fuq l-istess sit hemm għall-bejgħ flokkijiet tan-nofs komma bil-prezz ta’ €31.50 ($36) li barra l-kitba “Trump 2029” hemm “il-futur jidher promettenti… Nerġgħu nirrevedu r-regoli”. Jingħad li ż-żewġ prodotti huma magħmula fl-Amerika.
Għalkemm għadu mhuwiex ċara x’inhija l-intenzjoni wara din il-kampanja, il-kitba “nirrevedu r-regoli” tindika li l-prodotti huma magħmula biex jingħata sostenn lill-President ta’ 78 sena biex jibqa’ fil-White House.
Trump ikollu 82 sena meta jispiċċa t-terminu tiegħu.
Skont il-Liġi Kostituzzjonali tal-Istati Uniti “ebda persuna ma tista’ tiġi eletta bħala President għal iktar minn darbtejn”.