Wednesday, April 24, 2024

Trump mill-ġdid jikkontradixxi uffiċjal tas-Saħħa … jgħid li “kien konfuż” hu u jwieġeb dwar l-ilbies tal-maskri u t-tilqima

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għal darba oħra l-President Amerikan Donald Trump ikkontradixxa lill-uffiċjali tas-saħħa rigward l-importanza tal-ilbies tal-maskra u ż-żmien li fih mistennija tkun lesta t-tilqima.

Trump umilja lid-Direttur għaċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni mill-Mard fil-pajjiż billi qal li dan kien “konfuż” waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet. Redfield fl-aħħar sigħat qal li l-maskri jistgħu jkunu aktar effettivi fil-protezzjoni kontra l-pandemija minn kull forma ta’ tilqima. 

Rigward it-tilqima huwa qal li din mistennija tħalli l-ewwel riżultai sa mhux qabel nofs is-sena li ġejja. Dwar din l-istqarrija Trump qal li “naħseb li għamel żball meta qal hekk. L-informazzjoni li ngħatat hija żbaljata”.

Huwa kompla jenfasizza dan il-punt u qal li jista’ jkun li Redfield ma fehemx il-mostoqsija u qal li jittama li t-tilqima tkun aktar ta’ benefiċċju milli qed ikunu l-maskri fil-preżent.

Sport