Friday, May 15, 2026

Trump u Xi jikkonkludu taħditiet “ta’ suċċess kbir” f’Beijing

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump kellu l-aħħar rawnd ta’ taħditiet tiegħu mal-President Ċiniż Xi Jinping biex b’hekk ġiet fi tmiemha ż-żjara statali tiegħu f’Beijing. 

Trump iddeskriva din il-laqgħa bħala “ta’ suċċess kbir u memorabbli”, filwaqt li Xi saħaq li l-laqgħa kienet “storika u importanti.” Fost is-suġġetti diskussi kien hemm il-kummerċ, iż-żejt, l-Iran u t-Tajwan.

F’intervista ma’ Fox News, Trump qal li Xi kien impenja ruħu li jżomm tagħmir militari mill-Iran. 

Il-President tal-Istati Uniti qal ukoll li ċ-Ċina trid li l-Istrett ta’ Hormuz jerġa’ jinfetaħ u li Beijing qablet li tixtri ż-żejt mill-Istati Uniti. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport