Friday, May 15, 2026

Twissija li l-prezzijiet tal-ajru fl-Ewropa jaf ikomplu jogħlew minħabba l-gwerra fl-Iran

Aqra wkoll

Inħarġet twissija li l-prezzijiet tal-ajru fl-Ewropa jaf ikompli jogħlew. Dawnminħabba l-ispiża ogħla fil-fjuwils tal-ajruplani. Dan ġie kkonfermat mill-Kap tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru.

Ġie spjegat li xi linji tal-ajru naqqsu l-prezzijiet Ewropej tagħhom dan l-aħħar
minħabba nuqqas ta’ domanda. Midja internazzjonali rrapurtat li għad hemm
tħassib li l-industrija fir-Renju Unit tista’ tiffaċċja nuqqas ta’ fjuwil matul is-sajf.
Diversi esperti fil-qasam tal-aju qalu li jekk l-Istrett ta’ Hormuz jerġa’ jinfetaħ għada,l-impatt ta’ tfixkil ikkawżat mill-kunflitt fil-Lvant Nofsani xorta jista’ jinħass fis-sena d-dieħla.


Kelliem għall-gvern qal li l-linji tal-ajru tar-Renju Unit kienu “ċari li bħalissa
mhumiex qed jaraw nuqqas ta’ fjuwil fl-ajruplani”. L-għeluq tal-Istrett ta’ Hormuz
bħala riżultat tal-kunflitt fl-Iran kellu impatt drammatiku fuq il-prezzijiet tal-fjuwil u qajjem tħassib dwar nuqqasijiet possibbli fix-xhur li ġejjin.

L-Ewropa u r-Renju Unit b’mod partikolari, ġeneralment jiddependu ħafna fuq l-
importazzjonijiet mir-reġjun u ilhom jitħabtu biex isibu provvisti alternattivi.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport